Mur fil-kontenut

Xi Ngħidu Jekk il-Ġenituri Qed Jiddivorzjaw?

Xi Ngħidu Jekk il-Ġenituri Qed Jiddivorzjaw?

Dak li tistaʼ tagħmel

 Tkellem dwar dak li jinkwetak. Għid lill-ġenituri tiegħek kemm tħossok imdejjaq jew konfuż. Forsi huma jkunu jistgħu jispjegawlek x’inhu jiġri, u b’hekk tnaqqas l-ansjetà tiegħek.

 Jekk il-ġenituri tiegħek ma jkunux jistgħu jagħtuk l-appoġġ li jkollok bżonn, forsi tkun tistaʼ tiftaħ qalbek maʼ xi ħabib matur.—Proverbji 17:17.

 Iktar importanti minn hekk, Missierek tas-sema dejjem lest li jagħtik widen għax hu “Semmiegħ it-talb.” (Salm 65:2) Iftaħ qalbek miegħu ‘għax hu jimpurtah minnek.’—1 Pietru 5:7.

Dak li m’għandekx tagħmel

Il-proċess biex tirkupra mid-divorzju tal-ġenituri tiegħek jistaʼ jitqabbel mal-proċess biex tirkupra minn ksur fi driegħek—huwa taʼ wġigħ, iżda fl-aħħar tfiq

 Iżżommx f’qalbek. Daniel, li l-ġenituri tiegħu nfirdu meta kellu sebaʼ snin, jgħid: “Il-ġenituri tiegħi kienu egoisti. Huma ma tantx ħasbu fina u ftit li xejn ikkunsidraw kif dak li għamlu huma kien se jeffettwa lilna.”

 Liema ħsara setaʼ jġarrab Daniel kieku baqaʼ jirrabja u jżomm f’qalbu?—Ħjiel: Aqra Proverbji 29:22.

 Għala għandu mnejn ikun taʼ ġid għal Daniel li jipprova jaħfer lill-ġenituri tiegħu talli kkaġunawlu dan l-uġigħ?—Ħjiel: Aqra Efesin 4:31, 32.

 Evita li bl-aġir tiegħek tagħmel ħsara lilek innifsek. “Kont imdejjaq u dipress wara d-divorzju tal-ġenituri tiegħi,” jiftakar Denny. “Beda jkolli l-problemi fl-iskola u sena minnhom m’għaddejtx mill-eżamijiet. Imbagħad . . . sirt il-buffu tal-klassi u kont nispiċċa f’ħafna ġlied.”

 X’taħseb li Denny kien qed jipprova jwettaq billi sar il-buffu tal-klassi jew meta beda jispiċċa f’ħafna ġlied?

 Il-prinċipju f’Galatin 6:7 kif jistaʼ jgħin lil nies bħal Denny jevitaw aġir li jagħmel ħsara lilhom infushom?

 L-uġigħ emozzjonali jieħu ż-żmien biex jgħaddi. Madankollu, hekk kif ħajtek terġaʼ tiġi xi ftit għan-normal, terġaʼ tibda tieħu r-ruħ.