L-Ewwel Ittra taʼ Pietru 5:1-14

  • Irgħaw il-merħla t’Alla (1-4)

  • Kunu umli u oqogħdu għassa (5-11)

    • Ħallu l-ansjetajiet tagħkom f’idejn Alla (7)

    • Ix-Xitan hu bħal iljun jgħajjat (8)

  • Konklużjoni (12-14)

5  Għalhekk, bħala anzjan bħalkom u wieħed li ra t-tbatijiet tal-Kristu u li wkoll se jirċievi l-glorja li se tidher, jien inħeġġeġ mill-qalb lill-anzjani li hemm fostkom biex tagħmlu dan:  Irgħaw il-merħla t’Alla li ġiet fdata lilkom billi taqdu bħala anzjani* mhux bilfors, imma minn qalbkom għax Alla hekk irid; mhux biex takkwistaw affarijiet b’mod diżonest, imma bil-ħeġġa;  u mhux billi tiddominaw fuq dawk li huma t’Alla, imma billi ssiru eżempju għall-merħla.  U meta jidher ir-ragħaj importanti, intom se tirċievu l-kuruna tal-glorja li ma tispiċċax.  Bl-istess mod, irġiel żgħażagħ, kunu sottomessi lejn l-irġiel akbar minnkom.* Ilkoll kemm intom ittrattaw lil xulxin bl-umiltà,* għax Alla jiħodha kontra l-kburin, imma juri qalb tajba kbira mal-umli.  Għalhekk, umiljaw lilkom infuskom quddiem il-qawwa t’Alla, biex b’hekk ifaħħarkom fiż-żmien xieraq,  waqt li tħallu l-ansjetajiet* tagħkom f’idejh, għax hu jimpurtah minnkom.  Kunu għaqlin u oqogħdu għassa. L-għadu tagħkom ix-Xitan qed idur ’l hemm u ’l hawn bħal iljun jgħajjat u qed jipprova jiblaʼ lil xi ħadd.  Imma iqfulu b’fidi soda, għax tafu li l-aħwa kollha madwar id-dinja għaddejjin mill-istess tbatijiet bħalkom. 10  Imma wara li tkunu batejtu għal ftit, l-Alla li juri qalb tajba kbira f’kollox, li għażilkom biex tkunu dixxipli taʼ Kristu u tiġu gglorifikati għal dejjem, se jittrennjakom għal kollox. Hu se jsaħħaħkom, se jgħinkom tibqgħu leali, u se jissodakom. 11  Il-qawwa hi tiegħu għal dejjem. Ammen. 12  Ktibtilkom dan il-ftit kliem permezz taʼ Silvanu,* li nqisu bħala ħu leali, biex ninkuraġġikom u naċċertakom li l-qalb tajba kbira li Alla wera magħkom hi vera. Ibqgħu żommu sod magħha. 13  Din* li qiegħda hawn f’Babilonja u li hi magħżula bħalkom, isselli għalikom, u anki Marku li nqisu bħala t-tifel tiegħi jselli għalikom. 14  Ilqgħu lil xulxin mill-qalb.* Jalla intom id-dixxipli kollha taʼ Kristu tkunu fil-paċi.

Noti taʼ taħt

Jew “billi toqogħdu attenti ħafna għaliha.”
Jew “l-anzjani.”
Jew “ilbsu l-umiltà.”
Jew “l-inkwiet.”
Jgħidulu wkoll Sila.
“Din” tistaʼ tirreferi għal kongregazzjoni.
Letteralment “b’bewsa taʼ mħabba.”