Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

IBQAʼ ATTENT!

Ir-Russja Tattakka l-Ukrajna

Ir-Russja Tattakka l-Ukrajna

 Fl-​24 taʼ Frar 2022, kmieni filgħodu l-​armata tar-​Russja bdiet tattakka l-​Ukrajna, avolja mexxejja minn pajjiżi differenti pruvaw jevitaw gwerra. Din il-​ġlieda militari kif se teffettwa d-​dinja? Ftit ġranet ilu, is-​segretarju ġenerali tal-​Ġnus Magħquda, António Guterres, qal: “Ma nistgħux nimmaġinaw kemm din il-​ġlieda se ġġib tbatija, ħsara, u teffettwa s-​sigurtà tal-​pajjiżi fl-​Ewropa u mad-​dinja kollha.”

Skont il-​Bibbja, l-​affarijiet li qed jiġru għala huma importanti?

Għala tistaʼ tkun pożittiv dwar il-​futur?

 Hemm iktar minn 129,000 Xhud taʼ Ġeħova jgħixu fl-​Ukrajna. Bħax-​Xhieda taʼ Ġeħova mad-​dinja kollha, huma jimitaw lil Ġesù billi jibqgħu newtrali fil-​politika u ma jiħdux sehem fil-​gwerer. (Ġwanni 18:36) Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jkomplu jippritkaw “l-​aħbar tajba tas-​saltna” mad-​dinja kollha li hi l-​unika soluzzjoni għall-​problemi li għandna, inkluż il-​gwerer. (Mattew 24:14) Jekk tixtieq tkun taf iktar dwar it-​tama li tagħtina l-​Bibbja, jekk jogħġbok ikkuntattjana.

a Biex tkun taf iżjed dwar din il-​profezija, ara l-​artikli “‘Is-​Sultan tat-​Tramuntana’ fi Żmien it-​Tmiem” u “Min Hu ‘s-​Sultan tat-​Tramuntana’ Llum?