Mur fil-kontenut

Introduzzjonijiet għall-kotba tal-Bibbja

Dawn il-vidjows qosra fihom informazzjoni importanti dwar il-background u l-kontenut tal-kotba tal-Bibbja. Uża dawn il-vidjows biex il-qari u l-istudju tal-Bibbja tiegħek ikunu aħjar.

Introduzzjoni għall-Bibbja

Ara kif kull ktieb għandu x’jaqsam mat-tema tal-Bibbja. Din hi li se jitnaddaf l-isem t’Alla permezz tas-Saltna tiegħu mmexxija minn Kristu Ġesù.

Introduzzjoni għall-Ġenesi

Ġenesi jagħtina informazzjoni importanti dwar kif bdew jeżistu l-bnedmin kif ukoll kif bdew it-tbatija u l-mewt.

Introduzzjoni għall-Eżodu

Alla ħeles lill-Iżraelin mill-jasar fl-Eġittu u għamilhom ġens dedikat għalih.

Introduzzjoni għal-Levitiku

Ara kif il-ktieb tal-Levitiku jiddeskrivi kif Alla hu qaddis u għala hu importanti li nkunu nodfa spiritwalment.

Introduzzjoni għal Numri

Tgħallem kemm hu importanti li tobdi lil Ġeħova u li tirrispetta lil dawk li juża biex imexxu lin-nies tiegħu.

Introduzzjoni għal Dewteronomju

Ara kif il-​Liġi li Ġeħova ta lill-​Iżraelin turi kemm kien iħobbhom.

Introduzzjoni għal Ġożwè

Ara kif in-nazzjon taʼ Iżrael jirbaħ u jaqsam l-art li tahom Alla.

Introduzzjoni għal Imħallfin

Dan il-ktieb hu msemmi għall-irġiel leali u kuraġġużi li Ġeħova użahom biex isalva lill-Iżraelin

Introduzzjoni għal Rut

Rut kienet armla li kellha mħabba kbira lejn il-kunjata armla tagħha. Ġeħova bierek lit-tnejn li huma.

Introduzzjoni għall-​1 Samwel

Fl-​1 Samwel aqra dwar iż-​żmien f’Iżrael meta Ġeħova waqaf juża l-​imħallfin biex jgħin lin-​nies tiegħu u minflok uża slaten biex imexxuhom.

Introduzzjoni għat-2 Samwel

Ara kif l-umiltà u l-fidi taʼ David jagħmluh wieħed mill-iktar karattri famużi fil-Bibbja u li ħafna jħobbu.

Introduzzjoni għall-1 Slaten

Ara kif l-Iżraelin gawdew ħajja tajba taħt it-tmexxija tar-Re Salamun imma kif imbagħad l-affarijiet marru ħażin meta s-saltna nqasmet fi tnejn, Iżrael u Ġuda.

Introduzzjoni għat-2 Slaten

Ara kif l-apostasija effettwat ħażin is-saltna taʼ Iżrael fit-Tramuntana, waqt li Ġeħova bierek il-ftit li b’qalbhom kollha komplew jaqduh.

Introduzzjoni għall-1 Kronaki

Ara minn liema linja tal-familja ġie David. U nnota x’ħajja kellu talli rrispetta ħafna lil Alla bħala r-re taʼ Iżrael.

Introduzzjoni għat-​2 Kronaki

Ara kif dak li għamlu r-rejiet taʼ Ġuda jurina li aħna nistgħu nirnexxu biss jekk nibqgħu leali lejn Alla.

Introduzzjoni għal Esdra

Ġeħova jżomm il-wegħdi li għamel li jeħles lin-nies tiegħu mill-eżilju f’Babilonja u li jirrestawra l-qima vera f’Ġerusalemm.

Introduzzjoni għal Neħemija

Il-ktieb Bibliku taʼ Neħemija jipprovdi lezzjonijiet importanti għall-aduraturi veri llum

Introduzzjoni għal Ester

Il-ġrajjiet drammatiċi fi żmien Ester se jsaħħu l-fidi tiegħek fl-abbiltà li għandu Alla Ġeħova li jeħles lill-poplu tiegħu mill-provi llum.

Introduzzjoni għal Ġob

Dawk kollha li jħobbu lil Ġeħova se jgħaddu minn provi. Dan ir-rakkont jurina li nistgħu nżommu l-integrità tagħna u nappoġġaw is-sovranità taʼ Ġeħova.

Introduzzjoni għas-Salmi

Is-salmi jappoġġja s-sovranità taʼ Ġeħova, jgħin u jfarraġ lil dawk li jħobbuh, u juri kif id-dinja se tinbidel permezz tas-Saltna tiegħu.

Introduzzjoni għall-Proverbji

Ikseb gwida divina għal kull aspett tal-ħajja—minn affarijiet taʼ negozju sal-familja.

Introduzzjoni għall-Ekkleżjasti

Is-Sultan Salamun enfasizza l-affarijiet li huma tassew importanti fil-ħajja u għamel kuntrast bejnhom u bejn l-affarijiet li ma jaqblux mal-għerf divin.

Introduzzjoni għall-Għanja taʼ Salamun

L-imħabba dejjiema li kellha tfajla Sulamija għal ragħaj żagħżugħ hi deskritta bħala “l-fjamma taʼ Jah.” Għala?

Introduzzjoni għal Isaija

Fil-​ktieb taʼ Isaija nsibu profeziji li twettqu bi preċiżjoni. Dawn jistgħu jsaħħulek il-​fiduċja tiegħek f’Ġeħova bħala Dak li jwettaq il-​wegħdi tiegħu u l-​Alla tas-​salvazzjoni tagħna.

Introduzzjoni għal Ġeremija

Ġeremija b’mod leali baqaʼ fl-inkarigu tiegħu bħala profeta minkejja li bata. Aħseb dwar x’jistaʼ jfisser l-eżempju tiegħu għall-Kristjani tal-lum.

Introduzzjoni għal-Lamentazzjonijiet

Dan il-ktieb, li hu miktub mill-profeta Ġeremija, jesprimi n-niket minħabba l-qerda taʼ Ġerusalemm u juri kif l-indiema twassal għall-ħniena divina.

Introduzzjoni għal Eżekjel

Eżekjel b’umiltà u kuraġġ wettaq kull inkarigu li tah Alla, kien kemm kien diffiċli. Hu ħallielna eżempju imprezzabbli.

Introduzzjoni għal Danjel

Danjel u sħabu baqgħu leali lejn Ġeħova f’kull ċirkustanza. L-eżempju tagħhom u t-twettiq tal-profeziji jistgħu jkunu taʼ benefiċċju għalina issa, fiż-żmien tat-tmiem.

Introduzzjoni għal Ħosea

Il-profeziji taʼ Ħosea fihom lezzjonijiet importanti għalina llum rigward il-ħniena taʼ Ġeħova lejn dawk li jindmu mill-ħażen tagħhom u x’tip taʼ qima jeħtieġ minna.

Introduzzjoni għal Ġoel

Ġoel ipprofetizza dwar il-jum li riesaq taʼ Ġeħova u semma xi rridu nagħmlu biex nibqgħu ħajjin. Il-profezija tiegħu hi iktar urġenti għalina llum.

Introduzzjoni għal Għamos

Ġeħova ta xogħol importanti lil dan ir-raġel umli. Liema lezzjonijiet taʼ valur nistgħu nitgħallmu mill-eżempju taʼ Għamos?

Introduzzjoni għal Għobadija

Hu l-iqsar ktieb tal-Iskrittura Ebrajka. Il-profezija tagħti tama u twiegħed li s-saltna taʼ Ġeħova se tagħti prova li hi ġusta.

Introduzzjoni għal Ġona

Il-profeta aċċetta l-​korrezzjoni, wettaq l-inkarigu tiegħu, u tgħallem lezzjoni imprezzabbli dwar l-imħabba leali u l-ħniena taʼ Ġeħova. L-​esperjenzi tiegħu se jilħqulek qalbek.

Introduzzjoni għal Mikea

Din il-profezija ispirata minn Alla tistaʼ ssaħħaħ il-fiduċja tagħna li Ġeħova jitlob minna biss dak li hu raġunevoli u taʼ benefiċċju għalina.

Introduzzjoni għal Ħabakkuk

Nistgħu nkunu fiduċjużi li Ġeħova dejjem jaf meta jkun l-aħjar ħin biex isalva l-poplu tiegħu u kif jagħmel dan bl-aħjar mod.

Introduzzjoni għal Sofonija

Għala rridu noqogħdu attenti biex ma naħsbux li l-jum taʼ ġudizzju taʼ Ġeħova mhux se jasal?

Introduzzjoni għal Ħaggaj

Il-profezija tenfasizza kemm hu importanti li npoġġu l-​qima t’Alla qabel l-​interessi persunali.

Introduzzjoni għal Żakkarija

Għadd kbir taʼ viżjonijiet u profeziji saħħew il-poplu t’Alla fil-passat. L-istess profeziji jkomplu jaċċertawna li Ġeħova jappoġġana llum.

Introduzzjoni għal Malakija

Malakija hu profezija dwar il-prinċipji, il-ħniena, u l-imħabba taʼ Ġeħova li ma jinbidlu qatt. Fil-profezija nsibu wkoll lezzjonijiet importanti għas-sitwazzjonijiet taʼ żmienna.

Introduzzjoni għal Mattew

Ħu pjaċir titgħallem fatti bażiċi dwar dan il-ktieb mill-Bibbja, l-ewwel mill-erbaʼ Evanġelji.

Introduzzjoni għal Marku

Ir-rakkont taʼ Marku hu l-iqsar mill-erbaʼ Evanġelji u jagħtina ħarsa ħafifa tat-tmexxija taʼ Ġesù fil-futur bħala s-Sultan tas-Saltna t’Alla.

Introduzzjoni għal Luqa

Liema informazzjoni nsibu biss fl-​Evanġelju taʼ Luqa?

Introduzzjoni għal Ġwanni

Ir-rakkont taʼ Ġwanni jenfasizza l-imħabba taʼ Ġesù għall-bnedmin, l-eżempju tiegħu t’umiltà, u l-identità tiegħu bħala l-Messija—is-Sultan futur tas-Saltna t’Alla.

Introduzzjoni għall-Atti tal-Appostli

Il-Kristjani tal-bidu ħadmu iebes biex jagħmlu dixxipli mill-ġnus kollha. Il-ktieb Bibliku tal-Atti jistaʼ jżid iż-żelu u l-entużjażmu tiegħek għall-ministeru.

Introduzzjoni għar-Rumani

Direzzjoni ispirata rigward l-imparzjalità taʼ Ġeħova u dwar kemm hu importanti li jkollna fidi f’Ġesù Kristu.

Introduzzjoni għall-1 Korintin

L-ittra taʼ Pawlu tinkludi pariri ispirati dwar l-unità, l-indafa morali, l-imħabba, u t-twemmin fl-irxoxt.

Introduzzjoni għat-2 Korintin

Ġeħova, “l-Alla taʼ kull faraġ,” isaħħaħ u jsostni l-qaddejja tiegħu.

Introduzzjoni għall-Galatin

L-ittra taʼ Pawlu lill-Galatin għadha tgħodd għal-lum daqskemm kienet tgħodd meta nkitbet. Tistaʼ tgħin lill-Kristjani veri kollha jibqgħu fil-fidi.

Introduzzjoni għall-Efesin

Din l-ittra ispirata tenfasizza l-iskop t’Alla biex iġib il-paċi u l-unità permezz taʼ Ġesù Kristu.

Introduzzjoni għall-Filippin

Meta nibqgħu leali anki meta nkunu għaddejjin minn prova, nistgħu ninkuraġġixxu lil oħrajn biex huma jibqgħu leali wkoll.

Introduzzjoni għall-Kolossin

Nistgħu nogħġbu lil Ġeħova billi napplikaw dak li nitgħallmu, billi naħfru lil xulxin mill-qalb, u billi nirrikonoxxu l-pożizzjoni u l-awtorità taʼ Ġesù.

Introduzzjoni għall-1 Tessalonikin

Aħna għandna bżonn nibqgħu mqajmin spiritwalment, ‘naċċertaw ruħna minn kollox,’ ‘nitolbu bla waqfien,’ u ninkuraġġixxu lil xulxin.

Introduzzjoni għat-2 Tessalonikin

Pawlu kkoreġa ħarsa żbaljata dwar meta kellu jiġi l-jum taʼ Ġeħova u inkuraġġixxa lill-aħwa biex jibqgħu sodi fil-fidi.

Introduzzjoni għall-1 Timotju

L-appostlu Pawlu kiteb l-1 Timotju biex juri kif kellhom isiru ċertu proċeduri fil-kongregazzjoni u biex iwissi kontra t-tagħlim falz u l-imħabba għall-flus.

Introduzzjoni għat-​2 Timotju

Pawlu jħeġġeġ lil Timotju biex iwettaq bis-​sħiħ il-​ministeru tiegħu.

Introduzzjoni għal Titu

L-ittra tal-appostlu Pawlu lil Titu tindirizza problemi fil-kongregazzjonijiet fi Kreta u ssemmi liema kwalitajiet hemm bżonn biex wieħed isir anzjan.

Introduzzjoni għal Filemon

Din l-ittra qasira imma effettiva fiha lezzjonijiet prattiċi dwar l-umiltà, il-qalb tajba, u l-maħfra.

Introduzzjoni għall-Ebrej

Il-qima tal-Kristjani hi bbażata fuq affarijiet ikbar mit-tempji magħmulin bl-idejn u s-sagrifiċċji tal-annimali.

Introduzzjoni għal Ġakbu

Ġakbu uża eżempji familjari għall-udjenza biex jgħallem prinċipji Kristjani importanti.

Introduzzjoni għall-1 Pietru

L-ewwel ittra taʼ Pietru tinkuraġġina biex naħdmu iebes u biex nitfgħu l-anzjetajiet kollha tagħna fuq Alla.

Introduzzjoni għat-2 Pietru

It-tieni ittra taʼ Pietru tinkuraġġina nkunu leali waqt li nistennew is-smewwiet ġodda u l-art ġdida.

Introduzzjoni għall-1 Ġwanni

L-ittra taʼ Ġwanni twissina kontra l-antikristijiet u tgħinna naraw x’għandna u x’m’għandniex inħobbu.

Introduzzjoni għat-2 Ġwanni

It-tieni ittra taʼ Ġwanni tfakkarna biex nibqgħu mexjin fil-verità u ngħassu kontra nies li jqarrqu.

Introduzzjoni għat-3 Ġwanni

It-tielet ittra taʼ Ġwanni tgħallem lezzjoni sabiħa dwar l-ospitalità Kristjana.

Introduzzjoni għal Ġuda

Ġuda jikxef il-qerq taʼ dawk li jipprovaw jaffettwaw ħażin lill-Kristjani.

Introduzzjoni għar-Rivelazzjoni

Il-viżjonijiet impressjonanti fil-ktieb tar-Rivelazzjoni juru kif Alla se jwettaq l-iskop tiegħu għan-nies u għall-art permezz tas-Saltna t’Alla.

Tistaʼ Tara Wkoll

KOTBA U BROWXERS

Il-Bibbja—X’inhu L-Messaġġ Tagħha?

X’inhu l-messaġġ ewlieni tal-Bibbja?