Mur fil-kontenut

GĦAJNUNA GĦALL-FAMILJA | TROBBIJA TAT-TFAL

X’Għandhom Ikunu Jafu l-Ġenituri Dwar iċ-Child Care Centres

X’Għandhom Ikunu Jafu l-Ġenituri Dwar iċ-Child Care Centres

 Xi ġenituri li jaħdmu jiddeċiedu li jibagħtu lit-tfal żgħar tagħhom f’child care centre fejn it-tfal ikollhom attivitajiet biex jitgħallmu. Għandek tibgħat lit-tfal tiegħek f’child care centre?

 Mistoqsijiet li għandek issaqsi

 Jekk nibgħat lit-tfal f’child care centre, il-ħbiberija tiegħi magħhom se tiġi effettwata? Jistaʼ jkun. Fl-ewwel ftit snin, il-moħħ tat-tfal jiżviluppa malajr u dan jeffettwa l-ħbiberiji tagħhom m’oħrajn. Ipprova qattaʼ l-ħin mat-tfal tiegħek kemm tistaʼ. Dan iż-żmien f’ħajjithom hu importanti għax se jeffettwahom meta jikbru.—Dewteronomju 6:6, 7.

  •    Ġenituri li qed jaħsbu biex jibagħtu lit-tfal f’child care centre għandhom jaraw kif se jibqgħu close mat-tfal tagħhom.

 Iċ-child care centre kif se jeffettwa lit-tfal tiegħek? Il-ktieb Hold On to Your Kids jgħid: “Iktar ma t-tfal iqattgħu ħin flimkien iktar se jiġu influwenzati minn xulxin.”

  •    Ġenituri li qed jaħsbu biex jibagħtu lit-tfal f’child care centre iridu joqogħdu attenti li t-tfal tagħhom jibqgħu jiġu influwenzati minnhom u mhux mit-tfal li jkunu magħhom.

 Iċ-child care centre se jgħin lit-tfal tiegħek jitgħallmu iktar meta jibdew l-iskola? Xi wħud jgħidu iva. Oħrajn jgħidu li ma tagħmilx differenza. Penelope Leach li hi psikologa tat-tfal tikteb: “Taħsibx li dak li jitgħallmu l-iskola hu l-iktar li se jgħinhom ’il quddiem. U taħsibx li dejjem hu l-aħjar li t-tfal jibdew l-iskola meta jkunu żgħar ħafna. Jekk taħseb hekk, m’intix tinduna li t-tfal l-iktar li se jibbenefikaw hu mill-affarijiet li għallimthom kemm ilhom li twieldu.”

  •   Ġenituri li qed jaħsbu biex jibagħtu lit-tfal f’child care centre għandhom jaħsbu jekk dan hux se jgħin lit-tfal fil-futur.

 Jistaʼ xi ħadd mill-ġenituri jibqaʼ d-dar minflok imur jaħdem? Ħafna drabi l-ġenituri jkunu jaħdmu t-tnejn biex ikollhom iktar flus. Huwa worth it li jkollok iktar flus imma tqattaʼ inqas ħin mat-tfal?

  •   Ġenituri li qed jaħsbu biex jibagħtu lit-tfal f’child care centre għandhom jaħsbu jekk jistgħux jonfqu inqas flus biex ġenitur minnhom joqgħod id-dar mat-tfal.

 Il-ġenituri għandhom jieħdu deċiżjoni wara li jaħsbu sew dwar il-vantaġġi u l-iżvantaġġi. X’għandek tagħmel jekk wara li taħseb sew tiddeċiedi li tibgħat it-tfal f’child care centre?

 X’tistaʼ tagħmel?

 Il-Bibbja tgħid li “min hu prudenti jqis il-passi tiegħu.” (Proverbji 14:15) Aħseb dwar dan il-prinċipju qabel tiddeċiedi li tibgħat lit-tfal f’child care centre.

 Ara x’għażliet għandek

  •   Xi ġenituri jagħżlu li jibagħtu t-tfal f’dar privata fejn ikun hemm ftit tfal u ftit li jieħdu ħsiebhom.

  •   Xi ġenituri għandhom lil xi ħadd tal-familja jew babysitter biex tieħu ħsieb lit-tfal tagħhom.

 Kull għażla fiha t-tajjeb u l-ħażin tagħha. Tistaʼ titkellem ma’ ġenituri oħra biex tara x’għamlu huma? Il-Bibbja tgħid: “Min jieħu l-parir isib l-għerf.”—Proverbji 13:10, Il-Bibbja, Għaqda Biblika Maltija.

 X’tistaʼ tagħmel jekk tagħżel li tieħu t-tfal f’child care centre?

 Sir af iżjed dwar il-post

  •   Għandu permess u l-affarijiet huma skont il-liġi? X’jgħidu l-ġenituri li ħadu t-tfal tagħhom f’dan iċ-child care centre?

  •   Il-post nadif u safe għat-tfal?

  •   X’attivitajiet jorganizzaw għat-tfal? a

 Sir af iżjed dwar min jaħdem hemm

  •   Jikkwalifikaw biex jagħmlu dan ix-xogħol? Għamlu kors taʼ kif jieħdu ħsieb it-tfal meta jkunu żgħar, tal-first aid, u tas-CPR?

  •   X’reputazzjoni għandhom in-nies li jaħdmu hemm?

  •   Il-ħaddiema jinbidlu taʼ spiss? Jekk iva, dan ifisser li t-tfal dejjem iridu jidraw lil xi ħadd ġdid.

  •   Kemm hemm nies li jieħdu ħsieb it-tfal? Jekk persuna waħda jkollha tieħu ħsieb ħafna tfal, jistaʼ jkun li t-tfal tiegħek ikollhom inqas attenzjoni. Bla dubju, l-attenzjoni li jkollhom it-tfal tiegħek tiddependi minn kemm ikollhom żmien.

  •   Il-ħaddiema huma lesti li jitkellmu miegħek dwar xi problemi?

a Pereżempju, it-tfal iqattgħu ħafna ħin jaraw it-televixin? Jew se jagħmlu attivitajiet li bihom se jitgħallmu u jagħmlu l-exercise?