Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

KIF JINTUŻAW ID-DONAZZJONIJIET TIEGĦEK?

Kaxxa Żgħira Mimlija b’Ikel Spiritwali

Kaxxa Żgħira Mimlija b’Ikel Spiritwali

1 TAʼ SETTEMBRU 2020

 Ix-Xhieda taʼ Ġeħova qed jirċievu l-ikel spiritwali b’mod elettroniku iktar minn qatt qabel. Imma f’ħafna postijiet madwar id-dinja ħutna ma jaffordjawx l-internet. Oħrajn jgħixu f’postijiet fejn m’hemmx internet, jew jekk ikun hemm, ikun batut jew jaqtaʼ spiss.

 Imma ħafna minn ħutna xorta jistgħu jiddawnlowdjaw pubblikazzjonijiet elettroniċi mingħajr internet. Dan kif inhu possibbli?

 JW Box hi apparat żgħir li tintbagħat lill-kongregazzjonijiet li ma tantx għandhom internet. Din ikun fiha router, programm iddisinjat mid-Dipartiment tal-Kompjuter ġewwa Betel, u pubblikazzjonijiet u vidjows elettroniċi minn jw.org. Kull JW Box tiswa madwar €65.

 L-aħwa fis-Sala tas-Saltna jaqbdu mal-JW Box bil-mowbajl jew tablet tagħhom u jniżżlu l-pubblikazzjonijiet u l-vidjows. Anki dawk li għandhom mowbajl jew tablet antik jew li ma jiswiex ħafna flus jistgħu jaqbdu mal-JW Box. Imma l-JW Box kif ikollha l-aħħar pubblikazzjonijiet jekk il-kongregazzjoni m’għandhiex internet tajjeb? Kultant żmien il-fergħa tibgħat USB pendrives li kull waħda tiswa madwar €3. Dawn ikun fihom il-pubblikazzjonijiet il-ġodda minn jw.org. Il-JW Box tiġi aġġornata permezz tal-USB pendrives.

 Il-JW Box kif għenet lill-aħwa? Nathan Adruandra, missier li jgħix fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, jgħid: “Ilni żmien twil nipprova nniżżel id-dramas ‘O Ġeħova, . . . fik poġġejt il-fiduċja tiegħi’ u Ftakru f’mart Lot. Imma qatt ma rnexxieli u skuraġġejt ruħi. Issa nistaʼ nniżżel dawn il-vidjows fuq il-mowbajl tiegħi. U dan jgħinna ħafna bħala ġenituri biex ngħallmu lit-tfal tagħna aħjar.”

 Ħu li jgħin il-kongregazzjonijiet fin-Niġerja biex jissettjaw il-JW Box, jgħid: “L-aħwa jaraw il-JW Box bħala rigal sabiħ mingħand Ġeħova. Huma ferħanin ħafna li issa jistgħu jniżżlu b’mod faċli l-pubblikazzjonijiet u l-vidjows mill-Kaxxa tal-Għodda tat-Tagħlim.”

 Iżjed minn 1,700 JW Box intbagħtu lill-aħwa fl-Afrika, fl-Oċeanja, u fl-Amerika t’Isfel. Qed nippjanaw biex nibagħtuhom f’iżjed kongregazzjonijiet. Minn fejn qed jiġu l-flus għal dan kollu? Mid-donazzjonijiet tax-xogħol taʼ madwar id-dinja, li ħafna minnhom qed isiru permezz taʼ donate.isa4310.com. Grazzi ħafna tas-sapport kbir tagħkom.