Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

IL-​BIBBJA TBIDDEL IL-ĦAJJIET

Iġġilidt kontra l-inġustizzja u l-vjolenza kif naf jien

Iġġilidt kontra l-inġustizzja u l-vjolenza kif naf jien
  • SENA TAT-​TWELID: 1960

  • POST TAT-​TWELID: IL-​LIBANU

  • PASSAT: ESPERT TAL-​KUNG FU

IL-​PASSAT TIEGĦI:

Jien trabbejt f’Rmaysh, qrib il-​fruntiera bejn l-​Iżrael u l-​Libanu, fi żmien taʼ gwerra ċivili. Għandi memorji ħajjin taʼ splużjonijiet taʼ bombi li jinħbew taħt l-​art u taʼ vittmi innoċenti mingħajr saqajn. Il-​ħajja kienet iebsa, u l-​kriminalità u l-​vjolenza kienu mifruxin maʼcheck kullimkien.

Il-​familja tiegħi kienet tagħmel parti mill-​Knisja Maronita, waħda mill-​Knejjes Kattoliċi tal-​Lvant. Missieri kien dejjem jaħdem biex jipprovdi materjalment għal familja taʼ 12, imma ommi għamlet ċert li l-​bqija tal-​familja kollha kienu jmorru l-​knisja. Maż-​żmien, bdejt inħoss li r-​reliġjon, bħas-​soċjetà inġenerali, naqset li tappoġġa lid-​dgħajfin.

F’żgħożiti bdejt ninteressa ruħi fil-​kung fu. Tħarriġt ħafna u sirt tas-​sengħa f’li nagħti daqqiet bis-​sieq u bl-​idejn u f’li nuża armi varji tal-​arti marzjali. Ħsibt bejni u bejn ruħi, ‘Ma nistax inwaqqaf il-​gwerra, imma għall-​inqas nistaʼ nipprova nwaqqaf lil nies vjolenti.’ Kull meta rajt tnejn min-​nies jiġġieldu, kont nindaħal mill-​ewwel. Kienet taqbiżli malajr, u kont nirrabja għal xejn b’xejn. In-​nies fin-​Nofsinhar kollu tal-​Libanu kienu jibżgħu minni, għax kont qed niggwerra kontra l-​inġustizzja u l-​vjolenza kif naf jien.

Fl-​1980, ingħaqadt maʼcheck klabb tal-​kung fu f’Bejrut. Bombi, balal, u missili kienu jintefgħu taʼ kuljum, imma xorta bqajt għaddej bit-​taħriġ tiegħi. Ħajti għaddejtha f’li niekol, norqod, u ngħix bħal Bruce Lee, attur Ċiniż-​Amerikan u ċampjin tal-​kung fu. Ikkopjajt l-​istil taʼ xagħru, il-​mixja tiegħu, u l-​għajta tiegħu meta kien jiġġieled il-​kung fu. Qatt ma kont nitbissem.

KIF IL-​BIBBJA BIDDLITLI ĦAJTI:

Il-​mira tiegħi kienet li nsir professjonist tal-​kung fu fiċ-​Ċina. Lejla waħda, waqt li kont qed nittrennja iebes bi preparazzjoni għall-​vjaġġ lejn iċ-​Ċina, smajt il-​bieb iħabbat. Ħabib kien ġie maʼcheck tnejn mix-​Xhieda taʼ Ġeħova. Kont liebes libsa tat-​trejning sewda, bl-​għaraq nieżel maʼcheck ġismi, u għedtilhom, “Jien ma naf xejn dwar il-​Bibbja.” Mur obsor li minn dakinhar ’il quddiem, ħajti kienet se tinbidel.

Ix-​Xhieda wrewni mill-​Bibbja għala l-​bnedmin waħedhom qatt ma jistaʼ jirnexxilhom jeliminaw kompletament l-​inġustizzja u l-​vjolenza. Spjegawli li Satana x-​Xitan hu l-​kaġun veru taʼ problemi bħal dawn. (Rivelazzjoni 12:12) Bqajt impressjonat bil-​paċi u l-​konvinzjoni li kellhom ix-​Xhieda. Qalbi ntmesset meta għallmuni li Alla għandu isem. (Salm 83:18) Urewni wkoll l-​1 Timotju 4:8, li jgħid: “It-​taħriġ tal-​ġisem hu taʼ benefiċċju għal ftit; imma d-​devozzjoni lejn Alla hi taʼ benefiċċju għal kollox, għax toffri l-​wegħda tal-​ħajja t’issa u taʼ dik li ġejja.” Dan il-​kliem kellu impatt kbir fuq ħajti.

B’sogħba, tlift il-​kuntatt max-​Xhieda, għax tal-​familja qalulhom biex ma jerġgħux jiġu. Minkejja dan, iddeċidejt li nieqaf nipprattika l-​kung fu u li nibda nistudja l-​Bibbja. Lil ħuti m’għoġbithomx l-​idea, imma jien kont determinat li nerġaʼ nsib lix-​Xhieda taʼ Ġeħova u nistudja l-​Bibbja magħhom.

Komplejt infittex lix-​Xhieda imma ma stajtx insibhom. Sadanittant, tnikkitt bil-​kbir bil-​mewt għal għarrieda taʼ missieri kif ukoll bi traġedji oħra tal-​familja. Kont bdejt naħdem maʼcheck kumpanija tal-​kostruzzjoni, u darba minnhom sieħbi tax-​xogħol li jismu Adel waqqafni u staqsieni għala kont nidher daqshekk imdejjaq. Beda jitkellem dwar it-​tama tal-​irxoxt li tagħti l-​Bibbja. Għad-​disaʼ xhur taʼ wara, bil-​paċenzja dan ix-​Xhud bi mħabba u b’qalb tajba studja l-​Bibbja miegħi.

Hekk kif l-​istudju mexa ’l quddiem, bdejt nara l-​bżonn li nagħmel bidliet kbar fil-​personalità. Ma kienx faċli. Kont dejjem nervuż u kont insir aggressiv daqs tazza ilma. Mill-​Bibbja tgħallimt nikkontrolla t-​tempra u ma naġixxix għal kull ħaġa taʼ xejn. Pereżempju, f’​Mattew 5:44 insibu l-​parir taʼ Ġesù: “Komplu ħobbu lill-​għedewwa tagħkom u itolbu għal dawk li qed jippersegwitawkom.” U Rumani 12:19 iwissi: “Tivvendikawx ruħkom, . . . għax hu miktub: ‘Il-​vendetta hi tiegħi; jien inħallas, jgħid Ġeħova.’” Dawn l-​iskritturi u oħrajn bil-​mod il-​mod għenuni jkolli l-​paċi miegħi nnifsi.

KIF IBBENEFIKAJT:

Għalkemm tal-​familja għall-​bidu opponew id-​deċiżjoni tiegħi li nistudja max-​Xhieda taʼ Ġeħova, huma saru jirrispettaw lix-​Xhieda. Fil-​fatt, wieħed minn ħuti s-​subien ingħaqad miegħi fil-​qima lil Ġeħova, u ommi kienet tiddefendi t-​twemmin tagħna m’oħrajn sakemm mietet.

Ġejt imbierek ukoll bil-​mara meraviljuża u leali tiegħi, Anita, li hi s-​sieħba għażiża tiegħi fil-​ministeru fultajm. Fis-​sena 2000, jien u Anita ġejna noqogħdu f’Eskilstuna, l-​Iżvezja, fejn ngħinu lin-​nies li jitkellmu bl-​Għarbi jitgħallmu l-​Bibbja.

Għadni nħoss għan-​nies li jsofru minħabba l-​vjolenza. Imma ladarba naf il-​kaġun veru tagħha—u li Alla dalwaqt se jtemmha—inħoss ferħ u paċi vera.—Salm 37:29.

Jien u marti nitgħaxxqu ngħallmu lil oħrajn dwar Ġeħova. Aħna ferħanin ħafna fil-​ministeru