Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Il-Profeziji Jitwettqu Dejjem

Il-Profeziji Jitwettqu Dejjem

Il-​Profeziji Jitwettqu Dejjem

“Lanqas kelma waħda mill-​kliem tajjeb kollu li Ġeħova Alla tagħkom qalilkom ma naqset.”​—ĠOŻWÈ 23:14.

IL-​BIBBJA KIF INHI DIFFERENTI? Huwa magħruf sew li l-​orakli taʼ żminijiet il-​qedem bassru affarijiet li kienu ambigwi u mhux taʼ min joqgħod fuqhom, u l-​oroskopji taʼ żmienna mhumiex aqwa minnhom. Il-​futuroloġija hi bbażata fuq żviluppi moderni, u rari tipprova tbassar ġrajjiet speċifiċi minn sekli qabel. B’kuntrast, il-​profeziji tal-​Bibbja huma dettaljati u dejjem jitwettqu, anki jekk jgħidu “minn żmien twil ilu l-​affarijiet li ma sarux.”—Isaija 46:10.

EŻEMPJU: Fis-​sitt seklu Q.K., il-​profeta Danjel ra viżjoni li bassret ir-​rebħa rapida tal-​Greċja fuq il-​Medo-​Persja. Bassret ukoll li malli s-​sultan rebbieħ tal-​Greċja ‘jsir setgħan,’ is-​saltna tiegħu kellha ‘tinkiser.’ Min kien se jsaltan minfloku? Danjel kiteb: “Minn ġensu se jqumu erbaʼ saltniet, imma ma jkollhomx il-​qawwa tiegħu.”—Danjel 8:5-​8, 20-​22.

X’JGĦIDU L-​ISTUDJUŻI TAL-​ISTORJA: Iktar minn 200 sena wara żmien Danjel, Alessandru l-​Kbir sar is-​sultan tal-​Greċja. F’inqas minn għaxar snin, Alessandru għeleb lill-​Imperu Medo-​Persjan u estenda l-​ħakma Griega sax-​Xmara Indus (fil-​Pakistan taʼ llum). Imma hu miet zoptu taʼ 32 sena. Finalment, battalja fil-​viċinanzi taʼ Ipsus, fl-​Asja Minuri, xoljiet l-​imperu tiegħu. L-​erbaʼ rebbieħa taʼ din il-​battalja eventwalment qasmu l-​Imperu Grieg bejniethom. Madankollu, ħadd minnhom ma sar setgħan daqs Alessandru.

INT X’TAĦSEB? Jistaʼ kwalunkwe ktieb ieħor jistqarr li l-​profeziji li fih jitwettqu dejjem? Jew il-​Bibbja hi ktieb uniku?

[Kumment f’paġna 4]

‘Tant hemm profeziji fil-​Bibbja li huwa impossibbli li jitwettqu b’kumbinazzjoni.’—A LAWYER EXAMINES THE BIBLE, TAʼ IRWIN H. LINTON

[Sors tal-Istampa f’paġna 4]

© Robert Harding Picture Library/SuperStock