Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

X’Nitgħallmu mill-​Univers

X’Nitgħallmu mill-​Univers

Ix-​xjentisti li jistudjaw l-​univers dejjem jistagħġbu bih. Allura dejjem jivvintaw apparat ġdid biex jistudjawh aħjar. Huma x’sabu?

L-​univers organizzat. Artiklu fil-​magazine Astronomy jgħid: “Il-​galassji huma organizzati b’mod partikolari u mhux mifruxin kif ġie ġie.” Kif? Ix-​xjentisti jemmnu li dan jiġri minħabba forza li ma tidhirx li jgħidulha dark matter. Din il-​forza qiegħda biex iżżomm il-​galassji kollha f’posthom.

L-​univers kif inhu daqshekk organizzat? Jistaʼ jkun li dan kollu ġie waħdu? Allan Sandage kien wieħed mill-​aħjar xjentisti tal-​astronomija f’dawn l-​aħħar mitt sena. Hu kien jemmen f’Alla.

Hu qal: “Diffiċli għalija biex nemmen li dan kollu ġie mix-​xejn. Bilfors li hemm xi ħaġa li organizzat kollox.”

L-​univers qiegħed eżatt biex ikun hemm il-​ħajja. Aħseb fuq il-​mod kif ix-​xemx tibqaʼ taqbad. Kieku x-​xemx kienet tinħaraq iżjed bil-​mod, ma kinitx tiġi fformata. Imma kieku kienet tinħaraq iżjed malajr, ix-​xemx kieku ilha li sparixxiet.

Hemm ħafna forzi fl-​univers li qegħdin eżatt biex il-​ħajja teżisti fih. Kittieb tax-​xjenza jismu Anil Ananthaswamy jgħid li kieku forza waħda kienet differenti, “l-​istilel, il-​pjaneti, u l-​galassji ma kinux jiġu fformati. Kieku impossibbli li jkun hemm il-​ħajja fl-​univers.”

L-​univers fih post tajjeb biex in-​nies jgħixu fih. L-​art fiha l-​atmosfera u l-​ammont eżatt t’ilma li għandna bżonn biex ngħixu. U għandha qamar b’daqs perfett biex iżomm id-​dinja f’postha. Il-​magazine National Geographic jgħid li “din id-​dinja u l-​affarijiet li jgħixu fiha jagħmlu din il-​pjaneta l-​unika waħda li x-​xjentisti sabu li n-​nies jistgħu jgħixu fiha.” a

Kittieb qal li s-​solar system tagħna qiegħda ’l bogħod minn stilel oħra fil-​galassja. Imma għalhekk nistgħu ngħixu fid-​dinja. Kieku konna ngħixu viċin taʼ stilel oħra, fin-​nofs tal-​galassja jew fit-​tarf, kien ikun hemm wisq radiation. Imma d-​dinja qiegħda f’post fil-​galassja li hu tajjeb biex ngħixu fih.

Minn dak li studja dwar l-​univers u kif jaħdem, ix-​xjentist Paul Davies jgħid: “Ma nistax nemmen li aħna bdejna neżistu f’dan l-​univers b’kumbinazzjoni jew bi żball. Nemmen li hemm raġuni.” Davies ma jgħallimx li Alla ħalaq l-​univers u n-​nies, imma int x’taħseb? L-​univers u d-​dinja jidhru li ġew iddisinjati biex inkunu nistgħu ngħixu fihom. Allura la jidhru hekk, jistaʼ jkun li ddisinjahom xi ħadd?

a L-​artiklu ma kienx qed jgħid li Alla ħalaq id-​dinja u n-​nies. Minflok, kien qed jitkellem fuq kemm id-​dinja hi tajba biex in-​nies jgħixu fiha.