Salm 72:1-20

  • It-tmexxija taʼ paċi tar-re t’Alla

    • “Il-ġusti se jirnexxu” (7)

    • Imexxi minn baħar sa baħar (8)

    • Ħelsien mill-vjolenza (14)

    • Abbundanza taʼ ċereali fuq l-art (16)

    • Isem Alla jiġi mfaħħar għal dejjem (19)

Għanja dwar Salamun. 72  Alla tiegħi, għin lir-re jiġġudika skont il-ġudizzju tiegħek,U għallem lit-tifel tar-re dwar il-ġustizzja tiegħek.   Jalla jiddefendi lin-nies tiegħek bil-ġustizzjaU lill-batuti bis-sewwa.   Jalla l-muntanji jġibu l-paċi lin-nies,U l-għoljiet iġibu l-ġustizzja.   Ħa jaqbeż* għall-batuti,Ħa jsalva t-tfal tal-foqra,U ħa jeqred lil dawk li jisirquhom.   Alla tiegħi, in-nies se jibqgħu juruk rispett kbir*Sakemm ix-xemx u l-qamar jibqgħu jeżistu,Minn ġenerazzjoni għal oħra.   Ir-re se jkun bħal xita li tinżel fuq il-ħaxix,Bħal ħalbiet taʼ xita li jsaqqu l-art.   Matul it-tmexxija tiegħu, il-ġusti se jirnexxu,*U l-paċi se tibqaʼ tiżdied sakemm jispiċċa l-qamar.   Hu se jmexxi minn baħar sa baħarU mix-Xmara* sa truf l-art.   Dawk li joqogħdu fid-deżert se jmilu quddiemu,U l-għedewwa tiegħu se jilagħqu t-trab.* 10  Ir-rejiet taʼ Tarsis u tal-gżejjer se jħallsu t-taxxi. Ir-rejiet taʼ Xeba u Seba se jġibu r-rigali. 11  Ir-rejiet kollha se jmilu quddiemu,U l-popli kollha se jaqduh. 12  Għax hu se jeħles lill-fqir li jgħajjatlu għall-għajnuna,U anki lill-batut u lil min m’għandux min jgħinu. 13  Hu se jitħassar lill-batut u lill-fqir,U l-foqra se jsalvahom. 14  Hu se jeħlishom* mill-moħqrija u mill-vjolenza. Il-ħajja tagħhom* hi prezzjuża għalih. 15  Jalla jgħix u jingħata d-deheb taʼ Xeba. Jalla n-nies jitolbu għalih il-ħin kolluU jbirkuh il-ġurnata kollha. 16  Se jkun hemm abbundanza taʼ ċereali* fuq l-art;Fuq il-qċaċet tal-muntanji se jkun hemm iżżejjed. L-għelieqi tar-re se jagħtu ħafna prodotti bħal-Libanu,U fil-bliet in-nies se jiżdiedu daqs il-ħaxix tal-art. 17  Jalla ismu jibqaʼ għal dejjemSakemm tibqaʼ teżisti x-xemx. Jalla n-nies jitbierku permezz tiegħu,U jalla l-popli kollha jindunaw li hu ferħan. 18  Ħa jkun imfaħħar Alla Ġeħova, l-Alla t’Iżrael,Li hu biss jagħmel affarijiet tal-għaġeb. 19  Ħa jiġi mfaħħar għal dejjem l-isem glorjuż tiegħu,U jalla l-glorja tiegħu timla l-art kollha. Ammen u Ammen. 20  Hawn jispiċċa t-talb taʼ David bin Ġesse.

Noti taʼ taħt

Letteralment “jiġġudika.”
Letteralment “jibżgħu minnek.”
Letteralment “jinbtu.”
Jiġifieri l-Ewfrat.
Jew “U r-Re se jirbaħ lill-għedewwa tiegħu.”
Jew “jifdi lil ruħhom.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Letteralment “Demmhom.”
Ċereali huma żrieragħ li jinkludu xgħir (barley) u qamħ.