Proverbji 10:1-32

  • Iben għaref iferraħ lil missieru (1)

  • Min jaħdem iebes isir sinjur (4)

  • Min jitkellem ħafna jiżbalja (19)

  • Il-barka taʼ Ġeħova tagħmel wieħed sinjur (22)

  • Min jirrispetta ħafna lil Ġeħova se jkollu ħajja twila (27)

10  Il-proverbji taʼ Salamun. Iben għaref iferraħ lil missieru,Imma iben iblah inikket lil ommu.   Il-ġid li jinkiseb bid-diżonestà ma jkunx taʼ benefiċċju,Imma li wieħed jagħmel dak li hu tajjeb jeħilsu mill-mewt.   Ġeħova ma jħallix lil min hu ġust* ibati l-ġuħ,Imma lill-ħżiena ma jagħtihomx dak li jixtiequ.   L-għażżien isir fqir,Imma min jaħdem iebes isir sinjur.   It-tifel li jaħsad fis-sajf jaġixxi b’mod intelliġenti,Imma t-tifel li jorqod fil-fond matul żmien il-ħsad iġib diżunur fuqu nnifsu.   Il-ġust se jirċievi l-barkiet,Imma l-ħażin jaħbi l-intenzjonijiet vjolenti meta jitkellem.   Il-ġust se jiġi mfakkar u mbierek,Imma isem il-ħażin se jitħassar.   Persuna għarfa taċċetta l-pariri,*Imma min jitkellem bla sens se jbati.   Min hu onest se jgħix fis-sigurtà,Imma min hu diżonest se jinqabad. 10  Min jegħmeż bil-moħbi jġib l-uġigħ,U min jitkellem bla sens se jbati. 11  Il-kliem tal-ġust iġib il-ħajja,Imma l-ħażin jaħbi l-pjanijiet tiegħu biex iweġġaʼ lil oħrajn. 12  Il-mibegħda taqlaʼ l-ġlied,Imma l-imħabba tgħatti n-nuqqasijiet kollha. 13  Min jaf jagħraf it-tajjeb u l-ħażin jitkellem bl-għerf,Imma min jitkellem bla sens jiġi kkastigat bil-bastun. 14  Dawk li huma għorrief japprezzaw* l-għarfien,Imma dak li jgħid l-iblah iwassal għall-qerda. 15  Il-ġid* tas-sinjur hu bħal belt iffortifikata. Il-foqra jbatu għax m’għandhom xejn. 16  Ix-xogħol tal-ġust iwassal għall-ħajja;Imma l-qligħ tal-ħażin iwassal għad-dnub. 17  Min jagħti kas id-dixxiplina hu triq tal-ħajja għal oħrajn,*Imma min jinjora l-korrezzjoni jwassal lil oħrajn fit-triq il-ħażina. 18  Min jaħbi l-mibegħda tiegħu jigdeb,U min ixerred qlajjaʼ* hu stupidu. 19  Min jitkellem ħafna żgur li jiżbalja,Imma min jikkontrolla dak li jgħid jaġixxi bil-għaqal. 20  Dak li jgħid il-ġust qisu l-aqwa fidda,Imma l-ħsibijiet* tal-ħażin ma jiswew għal xejn. 21  Il-kliem tal-ġust se jgħin* lil ħafna nies,Imma l-iblah imut għax m’għandux sens. 22  Hi l-barka taʼ Ġeħova li tagħmel wieħed sinjur,U l-barkiet tiegħu ma jġibux uġigħ.* 23  L-istupidu jieħu pjaċir jagħmel affarijiet tal-mistħija,Imma l-għerf hu għal min jaf jagħraf it-tajjeb u l-ħażin. 24  Dak li jibżaʼ minnu l-ħażin se jiġi fuqu;Imma l-ġust se jingħata dak li jixtieq. 25  Meta tgħaddi l-maltempata, il-ħażin se jispiċċa;Imma l-ġust hu bħal pedament li jibqaʼ għal dejjem. 26  Bħalma l-ħall idejjaq is-snien u d-duħħan l-għajnejn,L-għażżien idejjaq lill-imgħallem tiegħu.* 27  Min jirrispetta ħafna lil* Ġeħova se jkollu ħajja twila,Imma l-ħżiena se jmutu qabel iż-żmien. 28  L-istennija* tal-ġusti ġġib il-ferħ,Imma t-tama tal-ħżiena tispiċċa fix-xejn. 29  Kulma jagħmel* Ġeħova hu biex jipproteġi lin-nies bla ħtija,Imma hu jeqred lill-ħżiena. 30  Il-ġust qatt ma jitfixkel,Imma l-ħażin ma jibqax jgħix fuq l-art. 31  Il-kliem tal-ġust hu mimli għerf,Imma min jgħid affarijiet mhux veri se jiġi msikket għal dejjem. 32  Il-ġust jgħid dak li hu xieraq,Imma l-ħażin jitkellem bil-qerq.

Noti taʼ taħt

Jew “ir-ruħ tal-ġust.”
Letteralment “il-kmandamenti.”
Jew “jaħżnu.”
Jew “L-affarijiet taʼ valur.”
Jew forsi “hu jkun fit-triq tal-ħajja.”
Jew “rapport ħażin.”
Letteralment “il-qalb.”
Jew “jiggwida.”
Jew “dwejjaq; tbatija.”
Letteralment “lil min jibagħtu.”
Letteralment “jibżaʼ minn.”
Jew “It-tama.”
Letteralment “It-triq taʼ.”