Danjel 7:1-28

7  Fl-ewwel sena taʼ Belsassar,+ is-sultan taʼ Babilonja, Danjel kellu ħolma u viżjonijiet li ġew f’rasu fuq soddtu.+ Dak il-ħin hu kiteb il-ħolma+ u rrakkonta l-istorja kollha taʼ kif ġraw l-affarijiet.  Danjel tkellem u qal: “Kont qed nara fil-viżjonijiet tiegħi bil-lejl, u, ara, l-erbat irjieħ+ tas-smewwiet qanqlu l-baħar vast.+  U mill-baħar+ telgħu erbaʼ bhejjem enormi,+ kull waħda differenti+ mill-oħrajn.  “L-ewwel waħda kienet qisha ljun,+ u kellha l-ġwinħajn t’ajkla.+ Bqajt inħares sakemm ġwinħajha ġew imqaċċtin, u ġiet merfugħa ’l fuq mill-art+ u mġiegħla tieqaf fuq żewġ saqajn sewwasew bħal bniedem, u ngħatat il-qalb taʼ bniedem.+  “U, ara, bhima oħra, it-tieni waħda, li kienet qisha ors.+ U fuq ġenb wieħed ġiet merfugħa ’l fuq,+ u kien hemm tliet kustilji f’ħalqha bejn snienha; u kienu qed jgħidulha dan, ‘Qum, kul ħafna laħam.’+  “Imbagħad bqajt inħares, u, ara, bhima oħra, qisha leopard,+ imma fuq daharha kellha erbaʼ ġwienaħ taʼ ħliqa li ttir. U l-bhima kellha erbat irjus,+ u tabilħaqq li ngħatat ħakma.  “Imbagħad bqajt inħares fil-viżjonijiet tal-lejl, u, ara, ir-rabaʼ bhima, tal-biżaʼ u terribbli u b’saħħitha iktar mis-soltu.+ U kellha snien kbar tal-ħadid. Kienet qed tiblaʼ u tfarrak, u dak li kien jibqaʼ kienet qed tisħqu b’saqajha. U kienet differenti mill-bhejjem l-oħrajn kollha taʼ qabilha, u kellha għaxart iqrun.+  U bqajt inħares sew lejn il-qrun, u, ara, qarn ieħor, wieħed żgħir,+ telaʼ bejniethom, u tlieta mill-ewwel qrun tqaċċtu minn quddiemu. U, ara, kien hemm għajnejn bħall-għajnejn taʼ bniedem f’dan il-qarn, u fomm jitkellem affarijiet arroganti.+  “Bqajt inħares sakemm tqiegħdu tronijiet+ u x-Xiħ fil-Jiem+ qagħad bil-qiegħda. Ħwejġu kienu bojod bħas-silġ,*+ u xagħar rasu kien bħas-suf nadif.+ It-tron tiegħu kien fjammi tan-nar;+ ir-roti tiegħu kienu nar iħeġġeġ.+ 10  Kien hemm nixxiegħa tan-nar tgelgel u ħierġa minn quddiemu.+ Kien hemm elf eluf li kienu jaqduh kontinwament,+ u għaxart elef għal għaxart elef darba li kienu weqfin quddiemu.+ Il-Qorti+ qagħdet, u l-kotba nfetħu. 11  “Bqajt inħares dak il-ħin minħabba l-ħoss tal-kliem arroganti li kien qed jgħid il-qarn;+ bqajt inħares sakemm il-bhima nqatlet u ġisimha ġie mitfugħ fin-nar iħeġġeġ u nqered.+ 12  Imma inkwantu għall-bqija tal-bhejjem,+ il-ħakmiet tagħhom ittiħdulhom, u ħajjithom ġiet imtawla sal-ħin u l-waqt.+ 13  “Bqajt inħares fil-viżjonijiet tal-lejl, u, ara, mas-sħab+ tas-smewwiet kien ġej xi ħadd bħal bin il-bniedem;+ u dan ngħata l-permess li jidħol quddiem ix-Xiħ fil-Jiem,+ u ressquh qrib dan il-Wieħed.+ 14  U lilu ngħataw ħakma,+ dinjità,+ u saltna,+ sabiex il-popli, il-ġnus, u l-lingwi jaqdu kollha lilu.+ Il-ħakma tiegħu hi ħakma li tibqaʼ għal dejjem* u li ma tgħaddix, u saltnatu, waħda li ma tinqeridx.+ 15  “Jien, Danjel, ħassejt l-ispirtu tiegħi ġo fija mnikket minħabba dan, u l-viżjonijiet li ġewni f’rasi bdew ibeżżgħuni.+ 16  Jien ersaqt ħdejn wieħed minn dawk li kienu weqfin, sabiex nitolbu tagħrif taʼ min jorbot fuqu dwar dan kollu.+ U, hekk kif issokta jgħarrafni bl-interpretazzjoni taʼ dawn l-affarijiet, hu qalli, 17  “‘Inkwantu għal dawn il-bhejjem enormi, peress li huma erbgħa,+ hemm erbaʼ slaten li se jqumu mill-art.+ 18  Imma l-qaddisin+ tas-Suprem+ se jirċievu s-saltna, u se jieħdu f’idejhom is-saltna+ għal dejjem, saħansitra għal dejjem taʼ dejjem.’ 19  “Imbagħad jien xtaqt naċċerta ruħi dwar ir-rabaʼ bhima, li kienet differenti mill-oħrajn kollha, tal-biżaʼ b’mod straordinarju, li snienha kienu tal-ħadid u d-dwiefer tagħha kienu tar-ram aħmar, li kienet qed tiblaʼ u tfarrak, u li kienet qed tisħaq b’saqajha dak li kien jibqaʼ;+ 20  u dwar l-għaxart iqrun li kienu fuq rasha,+ u l-qarn l-ieħor+ li telaʼ u li quddiemu waqgħu tlieta,+ dak il-qarn li kellu l-għajnejn u fomm li jgħid affarijiet arroganti,+ u li d-dehra tiegħu kienet akbar minn dik taʼ l-oħrajn. 21  “Bqajt inħares meta dak l-istess qarn iggwerra kontra l-qaddisin, u kien qed jegħlibhom,+ 22  sakemm ġie x-Xiħ fil-Jiem+ u l-ġudizzju ngħata favur il-qaddisin tas-Suprem,+ u wasal iż-żmien definit li fih il-qaddisin ħadu s-saltna f’idejhom.+ 23  “Hekk qal, ‘Inkwantu għar-rabaʼ bhima, fuq l-art se jkun hemm ir-rabaʼ saltna, li se tkun differenti mis-saltniet l-oħrajn kollha; u se tiblaʼ l-art kollha u se tgħaffiġha u tfarrakha.+ 24  U inkwantu għall-għaxart iqrun, minn dik is-saltna għad iqumu għaxar slaten;+ u jerġaʼ ieħor għad iqum warajhom, u hu se jkun differenti minn dawk taʼ l-ewwel,+ u se jumilja lil tliet slaten.+ 25  U se jgħid kliem saħansitra kontra l-Iktar Għoli,+ u se jattakka kontinwament lill-qaddisin tas-Suprem.+ U se jkollu f’moħħu li jbiddel iż-żminijiet+ u l-liġi,+ u se jingħatawlu f’idu għal żmien, żminijiet, u nofs żmien.+ 26  U l-Qorti qagħdet,+ u l-ħakma tiegħu stess fl-aħħar ħaduhielu, sabiex iġibuh fix-xejn u jeqirduh għalkollox.+ 27  “‘U s-saltna u l-ħakma u l-kobor tas-saltniet taħt is-smewwiet kollha ngħataw lin-nies li huma l-qaddisin tas-Suprem.+ Saltnathom hi saltna li tibqaʼ għal dejjem,+ u l-ħakmiet kollha jaqdu u jobdu lilhom.’+ 28  “Hawnhekk jintemm dak li rajt u smajt. U jien, Danjel, ħsibijieti stess baqgħu jbeżżgħuni ħafna, u b’hekk il-kulur taʼ wiċċi tbiddilli; imma dak li rajt u smajt żammejtu f’qalbi.”+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “bħall-borra.”
Letteralment, “żmien indefinit.” Ara Ġen 3:22, in-nota taʼ taħt. F’versi 18 u 27 ukoll.