1 Ġwanni 3:1-24

3  Ara liema xorta taʼ mħabba+ tana l-Missier, sabiex nissejħu wlied Alla;+ u hekk aħna. Huwa għalhekk li d-dinja+ ma tafniex, għax ma saritx taf lilu.+  Maħbubin, issa aħna wlied Alla,+ imma s’issa għadu ma ntweriex x’se nkunu.+ Nafu li meta jintwera+ se nkunu bħalu,+ għax narawh kif inhu.+  U kulmin għandu din it-tama mqiegħda fih jippurifika+ lilu nnifsu, bħalma hu stess hu pur.+  Kulmin jipprattika d-dnub+ qed jipprattika wkoll il-ksur tal-liġi,+ u għalhekk id-dnub+ hu ksur tal-liġi.  Intom tafu wkoll li hu ntwera biex ineħħilna dnubietna,+ u fih m’hemm ebda dnub.+  Kulmin jibqaʼ f’unjoni+ miegħu ma jipprattikax id-dnub;+ kulmin jipprattika d-dnub la rah u lanqas sar jafu.+  Ulied ċkejknin, tħallu lil ħadd iqarraq bikom; min jipprattika l-ġustizzja hu ġust, bħalma hu stess hu ġust.+  Min jipprattika d-dnub joriġina mix-Xitan, għax ix-Xitan ilu jidneb sa mill-bidu.+ Għalhekk intwera+ l-Iben t’Alla, jiġifieri, biex ikisser l-għemejjel tax-Xitan.+  Kulmin twieled minn Alla ma jipprattikax id-dnub,+ għax iż-żerriegħa riproduttiva Tiegħu tibqaʼ fi bniedem bħal dan, u ma jistax jipprattika d-dnub, għax twieled minn Alla.+ 10  Ulied Alla u wlied ix-Xitan jidhru ċar minn dan il-fatt: Kulmin ma jipprattikax il-ġustizzja+ ma joriġinax minn Alla, lanqas min ma jħobbx lil ħuh.+ 11  Għax dan hu l-messaġġ li smajtu sa mill-bidu,+ li għandna nħobbu lil xulxin;+ 12  mhux bħal Kajjin, li oriġina mill-Ħażin u qatel+ lil ħuh. U għala qatlu? Għax l-għemejjel tiegħu kienu mill-agħar,+ imma taʼ ħuh kienu ġusti.+ 13  Ħuti, tistagħġbux li d-dinja tobgħodkom.+ 14  Aħna nafu li mill-mewt għaddejna għall-ħajja,+ għax inħobbu lill-aħwa.+ Min ma jħobbx jibqaʼ fil-mewt.+ 15  Kulmin jobgħod+ lil ħuh hu qattiel,+ u tafu li f’ebda qattiel+ ma tibqaʼ l-ħajja taʼ dejjem.+ 16  B’dan sirna nafuha l-imħabba,+ għax hu ta ruħu għalina;+ u aħna għandna l-obbligu li nagħtu ruħna għal ħutna.+ 17  Imma kulmin għandu biex jgħix+ f’din id-dinja u jara lil ħuh fil-bżonn+ u ma jkunx irid juri ħniena miegħu,+ kif tistaʼ tibqaʼ fih l-imħabba t’Alla?+ 18  Ulied ċkejknin, ħa ma nħobbu+ la bil-kliem u lanqas bl-ilsien,+ imma bl-għemil+ u l-verità.+ 19  B’dan insiru nafu li noriġinaw mill-verità,+ u naċċertaw lil qlubna quddiemu 20  rigward dak kollu li qlubna jikkundannawna dwaru,+ għax Alla hu akbar minn qlubna u jaf kollox.+ 21  Maħbubin, jekk qlubna ma jikkundannawniex, nistgħu nitkellmu bil-libertà m’Alla;+ 22  u kulma nitolbu naqilgħuh mingħandu,+ għax qed nosservaw il-kmandamenti tiegħu u qed nagħmlu dak li jogħġob lilu.+ 23  Tabilħaqq, dan hu l-kmandament tiegħu, li jkollna l-fidi f’isem Ibnu Ġesù Kristu+ u li nħobbu lil xulxin,+ bħalma kkmandana hu. 24  Iktar minn hekk, min josserva l-kmandamenti tiegħu jibqaʼ f’unjoni miegħu, u hu jibqaʼ f’unjoni maʼ bniedem bħal dan;+ u b’dan insiru nafu li hu se jibqaʼ f’unjoni magħna,+ minħabba l-ispirtu+ li tana.

Noti taʼ taħt